Lokali
ARA: meta Joe Debono kien jirrapporta “t-tbassir tat-temp” fuq TVM

Minkejja li l-komiku Joe Debono kiseb popolarità kbira permezz tal-programm Xarabank fl-irwol tiegħu ta’ James Bondin, il-karriera televiżiva tiegħu tmur għexieren ta’ snin.

Huwa kien wieħed mill-protagonisti ewlenin tal-programm “Aħna Aħna jew M’aħniex” li kien jixxandar ukoll fuq l-istazzjon nazzjonali TVM lejn l-aħħar ta’ tmeninijiet u bidu tad-disgħinijiet. Debono miet illum wara xhur sħaħ jikkumbatti mal-marda qerrieda tal-ALS.

Filmat mill-arkivji ta’ TVM juri lil Debono f’parti ewlenija waqt dan il-programm meta bil-mod komiku tiegħu kien iwassal ir-rapport tat-temp b’diversi battuti simpatiċi li inċidentalment jinkwadraw tajjeb mas-sitwazzjoni tat-temp li fiha kellu jħalli din id-dinja llum.

Imut il-komiku Joe Debono wara battalja mal-ALS