Lokali
ARA: Negozjanti u residenti mbeżżgħin minħabba s-serq – sidt ta’ ħanut fil-Fgura

Fil-Fgura u l-madwar qed ikun irrapportat li hemm mewġa ta’ serq minn għadd ta’ ħwienet.

Waqt TVAM, sidt ta’ ħanut fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura spjegat kif sfat fil-mira tal-istess ħalliel darbtejn wara xulxin.

Filmat li ntwera waqt il-programm TVAM juri ħalliel jiżgassa l-bieb tal-ħanut u dlonk kull darba li jisma’ karozza ġejja jistaħba biex ma jidhirx. Huwa rnexxielu jiftaħ il-bieb, b’konsegwenza li daħal u seraq mill-ħanut.

Graziella Galdes, sidt il-ħanut spjegat li fiż-żewġ serqiet il-ħalliel kważi ma ħa xejn għax fil-ħanut ma tħallix flus. Spjegat li l-ħalliel kulma ħa l-kexxun tal-flus, li kien fih ftit flus u ma tax kas affarijiet oħra li kien hemm fil-ħanut. Qalet li dan juri li l-ħalliel mhux wieħed professjonali u li qed jagħmel dan is-serq f’sitwazzjonijiet ta’ disprament, aktarx minħabba l-vizzju tad-droga.

Hija stqarret li minħabba din is-sitwazzjoni kemm in-negozjanti u anke r-residenti jinsabu beżgħana u appellat għal aktar protezzjoni mill-Pulizija, fosthom billi jkun hemm aktar preżenza tal-Pulizija fit-toroq. Dan hekk kif jidher li anke l-karozzi u r-residenzi qed ikunu fil-mira tal-ħallelin.

Graziella Galdes spjegat li flimkien mal-Fgura, il-ħallelin għandhom fil-mira tagħhom lir-Raħal Ġdid ukoll. TVM infurmat ukoll li anke l-lokalità ta’ Wied il-Għajn sfat fil-mira ta’ serq.

Tista’ ssegwi l-intervista sħiħa ma’ Graziella Galdes li saret waqt TVAM minn hawn. TVAM jixxandar kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7am sad-9am.

Ara wkoll:

ARA: Ipprova jisraq ħanut ieħor fil-Fgura f’temp ta’ 3 ijiem

ARA: Taf min hu dan il-ħalliel?

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar