Saħħa
Ara: M’għandekx tinħasel bil-misħun

Il-ġilda, bħall-burdati li ta’ kuljum jikkaratterizzawna, tirrifletti bis-sħiħ kif inħossuna u x’tip ta’ ħajja qegħdin ngħixu.

Il-kura tal-ġilda, normalment, nitkellmu fuqha fl-eqqel tas-sajf hekk kif il-qilla tax-xemx tibda tagħmel tagħha. Madanakollu, kif spjegat waqt ‘TVAM’ it-tabiba tal-ġilda, Dr Angele Farrugia, dak li jkun għandu jieħu ħsieb tiegħu nnifsu matul is-sena kollha.

Fost l-oħrajn, Dr Farrugia ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li m’għandniex ninħaslu aktar minn darbtejn kuljum. U li, b’mod speċjali, m’għandniex ninħaslu bil-misħun. Aktar kemm l-ilma jkun fietel, aktar jagħmel tajjeb għall-ġilda.

F’dan l-isfond, Dr Farrugia qalet ukoll li wiċċna m’għandniex naħsluh aktar minn darbtejn kuljum, biex b’hekk ma nneħħux dawk iż-żjut li jipproteġulna ‘l-ġilda.

Dr Farrugia żiedet tgħid li rridu noqogħdu attenti mill-esposizzjoni tax-xemx, hekk kif ħafna xemx m’hi tajba għal ħadd.

Fl-aħħar nett, hija spjegat kif is-sigaretti, fost l-oħrajn, jagħmlu ħsara kbira lill-ġilda tagħna, hekk kif inaqqsu l-ammont t’ossiġnu li dieħel fil-ġilda.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Id-dilettanti tal-festi ma qatgħux qalbhom mill-isfidi li qed toffrielna l-2020 u minkejja li għall-bidu deher li kien se jkollna sajf mneżża’ mill-brijju u l-ixxalar fit-toroq u l-pjazez madwar Malta u…

Internet

Minn Marzu ‘l hawn, ir-rutina ta’ bosta minna sfat milquta bħal leħħa ta’ berqa. Mil-lejl għan-nhar, fost l-oħrajn, bosta Maltin u Għawdxin spiċċaw jaħdmu mid-dar kif setgħu. Minkejja l-fatt li…

Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Aktar