Barranin
ARA: “Mhux kemm tgħix imma kif tgħix” – Nadia Toffa qabel mietet

F’Awwissu li għadda tħabbret il-mewt tal-ġurnalista Nadia Toffa, li għal bosta snin kienet wiċċ sinonimu ma’ stejjer investigattivi permezz tal-programm Taljan Le Iene.

Xhur qabel il-mewt tagħha kawża tal-kanċer, Toffa kienet naqqset id-dehriet tagħha fil-pubbliku, iżda xorta waħda kienet titkellem dwar dak li kienet għaddejja minnu fuq il-midja soċjali, anki b’messaġġi ta’ kuraġġ għal ħaddieħor.

Toffa iżda riedet tagħmel iżjed minn hekk, u f’messaġġ irrekordjat ta’ 20 minuta, tkellmet dwar is-sinjifikat tal-ħajja, fejn fost oħrajn sostniet li dak li jgħodd huwa mhux kemm tgħix, imma kif tgħix. Esprimiet ix-xewqa li qabel tmut tiltaqa’ u titkellem sew mal-iktar persuni importanti f’ħajjitha.

Għall-mistoqsija: “Min jaf kemm għandek nies fil-lista?”, Toffa twieġeb li fil-verità, dawn in-nies tista’ kważi tgħoddhom fuq id waħda. Qalet li fl-iktar mumenti iebsa tal-ħajja tirrealizza min huma n-nies li jħobbuk, u bħala bniedma li tħobb il-verità, dan l-għarfien tapprezzah.

NADIA TOFFA, IL NOSTRO TRIBUTO

La nostra Nadia ❤️ ➡ http://bit.ly/2oh4Sqm

Gepostet von Le Iene am Dienstag, 1. Oktober 2019

Il-messaġġ sħiħ ta’ Nadia Toffa ixxandar hawn.

Ara wkoll:

Tmut il-ġurnalista Nadia Toffa

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Barranin

Il-bdoti tal-linja tal-ajru tal-Etihad, jidher li kellhom battikata biex iniżżlu l-ajruplan li kienu qed itajjru fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra. L-ajruplan tat-tip Airbus A380, li huwa l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja, kien…

Aktar