Barranin
ARA: ‘Michael’ iħalli tifel mejjet u ħerba sħiħa minn kull fejn għadda

L-uragan Michael ħalla żewġ vittmi, fosthom tifel, ftit wara li beda jolqot lil Florida fl-Istati Uniti.  Il-vittmi mietu kawża tas-siġar li waqgħu bl-irwiefen qawwija ta’ 250 kilometru fis-siegħa.

Il-maltempata ta’ kategorija 4 qed tħalli ħerba sħiħa fl-inħawi milquta, fosthom toroq mgħarrqa fl-ibliet qrib il-kosta, kif ukoll mal-500,000 ruħ bla elettriku fi Florida, Alabama u Georgia.  Il-qilla ta’ Michael diġà ħalliet il-marka tagħha f’pajjiżi oħrajn, b’6 mejta fil-Honduras, 4 vittmi fin-Nicaragua u 3 f’El Salvador.

Din hija t-tielet l-agħar maltempata li qatt laqtet lill-Istati Uniti fl-istorja.  L-agħar uragani li laqtu Florida b’qawwa kbira kienu fl-1935 u fl-1969.  Dan l-uragan kines lil Florida minn kull fejn għadda u jidher li qed jiddgħajjef mal-ħin.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar