Eurovision
ARA: Michela b’wirja eċċellenti ta’ Chameleon fil-finali tal-Eurovision

Il-kantanta żagħżugħa Michela fetħet il-finali tal-festival prestiġġjuż tal-Eurovision Song Contest 2019 meta kienet l-ewwel li telgħat fuq il-palk tal-Expo Arena f’Tel Aviv biex tkanta l-kanzunetta tagħha Chameleon.

Akkumpanjata minn 4 żeffiena u bi grafika li tinbidel skont il-kliem tal-kanzunetta, Michela kunfidenti tat wirja eċċellenti tal-kanzunetta li biha qed tirrappreżenta lil Malta fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest f’Iżrael.

Ir-rebbieħ/a jrid iġib l-ikbar ammont ta’ punti mit-televoting u l-voti ta’ ġurija professjonali.  Ara hawnhekk il-wirja ta’ Michela bil-kanzunetta Chameleon f’serata li matulha qed jikkompetu għat-titlu 26 pajjiż.

Ara wkoll:

Tgħix barra minn Malta u tixtieq tivvota lil Michela llejla?

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar