Saħħa
Ara: Mil-lum bid-dieta? 3 pariri biex titlef il-piż

Ara li l-eżerċizzju li se tagħmel jgħodd għalik. Ara li dak li qed tagħmel qed jagħtik xi tip ta’ riżultat. U, f’komunità, aktarx li taħdem aħjar. Skont il-personal trainer Matthaeus Grasso, dan hu dak li għandek tagħmel jekk din is-sena waħda mir-riżoluzzjonijiet ewlenin tiegħek hija li titlef xi ftit tal-piż.

Kif jgħaddi l-Milied, malajr jasal il-Karnival. Kif tista’ ma dduqx xi biċċa prinjolata? Imbagħad, jiġi l-Għid. U, warajh, is-sajf. Imbagħad, malajr jerġa’ jasal il-Milied. Iffangar kontinwu. Il-festi jiġu biex nieklu aktar mis-soltu. U, aktarx li dan il-Milied ħadd minnha ma trejjaq bil-ħass u t-tadam.

Misteden waqt ‘TVAM’, il-personal trainer tkellem fuq l-importanza tal-eżerċizzju, u fuq kif wieħed jista’ jirregola xi ftit ruhu issa li tista’ tgħid li żmien il-festi għadda wkoll.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Saħħa

Steward Health Care Malta jtejjeb is-servizz tal-air ambulance bejn Malta u Għawdex b’ħelikopter modern li se jissostitwixxi dak li qed jintuża bħalissa. Barra minn hekk il-kumpanija se tintroduċi wkoll it-tieni…

Saħħa

Ċittadini Maltin li jagħtu l-kunsens biex it-tagħrif mediku tagħhom ikun aċċessibbli minn sptarijiet f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu mgħejuna b’aktar effiċjenza f’każ t’emerġenza waqt li jkunu msefrin. Malta hija fost…

Aktar