Barranin
ARA: Mil-lum in-nies fl-Afrika t’Isfel jerġgħu jitħallew jixtru l-alkoħol

Kjuwijiet twal barra l-ħwienet li jbigħu x-xorb fl-Afrika t’Isfel, hekk kif mil-lum il-Gvern ippermetta li jerġa’ jibda jinbiegħ l-alkoħol bħala parti mir-rilaxx tal-miżuri li kienu ttieħdu kontra l-imxija tal-Covid-19.

L-awtoritajiet kienu waqqfu l-bejgħ tal-alkoħol biex l-isptarijiet ikunu jistgħu jiffukaw iktar fuq persuni morda bil-virus, peress li l-vjolenza marbuta max-xorb hija komuni f’dan il-pajjiż.

Matul il-lockdown l-isptarijiet u l-forzi tal-ordni rrappurtaw tnaqqis qawwi fl-ammont ta’ persuni li jsofru ġrieħi f’argumenti, fejn dawk involuti jkunu qed jikkonsmaw l-alkoħol.

Mil-lum in-nies tħallew jerġgħu jixtru l-alkoħol, iżda dan jistgħu jagħmluh biss mit-Tnejn sal-Ħamis bejn it-8.00am u l-5.00pm, u l-alkoħol jista’ jinxtorob biss fid-dar.