Kronaka
ARA: Miljuni ta’ sigaretti moħbija f’serratizzi foloz fil-Port Ħieles

Uffiċjali tad-Dwana qabdu miljuni ta’ sigaretti moħbija f’serratizzi foloz tal-injam li kienu qed jinġarru mir-Russja lejn l-Ewropa.

Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal li l-qabda saret mill-uffiċjali tal-Iscanning Unit fil-Port Ħieles, wara tiftix fuq kontejner li wasal f’Malta, u li ddikjara li kien qed iġorr planki tal-injam.

Meta nfetaħ instab li l-kontejner tassew kien fih il-planki, iżda meta ngħadda mill-iscanner, fih bdew jintlemħu xejriet suspettużi. Kienet innutata wkoll diskrepanza fil-piż bejn serratizz u ieħor.

L-uffiċjali tad-Dwana għalhekk iddeċidew li jaqsmu wieħed mis-serratizzi, u ġo fih sabu xejn inqas minn 48 pakkett tas-sigaretti tal-kuntrabandu.

Wara operazzjoni ta’ 36 siegħa, instabu 145,000 pakkett ta’ sigaretti li b’kollox ammontaw għal 2,900,000 sigarett. It-taxxa li kellha titħallas fuq dawn is-sigaretti taqbeż €670,000.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

Aktar