Eurovision
ARA: Mill-bank tal-iskola għall-Junior Eurovision

Erbat’ijiem oħra Eliana Gomez Blanco mistennija titlaq lejn il-Polonja biex bil-kanzunetta ‘We Are More’ tirrappreżenta lill-gżejjer Maltin fil-Junior Eurovision Song Contest.

Għexieren ta’ studenti fi fjur ta’ żgħożithom u l-kap tal-iskola sekondarja St Joseph fil-Blata l-Bajda, fejn Eliana tattendi, dalgħodu laqgħuha b’entużjażmu liema bħalu biex jawgurawlha għal din l-avventura, hekk kif Eliana bħalissa għaddejja bl-aħħar preparamenti biex titla’ tirrappreżentana lil hinn minn xtutna.

Din is-sena se tkun it-18-il edizzjoni tal-festival, u se jieħdu sehem 19-il pajjiż, fosthom Malta.

Fil-Junior Eurovision dak li jkun jista’ jivvota lill-kanzunetta ta’ pajjiżu stess onlajn. Tista’ tivvota minn tlieta sa ħames kanzunetti.

Il-festival ser jixxandar fuq TVM fl-24 ta’ Novembru.

 

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Jekk kont taħseb li reat kriminali jinvolvi biss qtil, kull xorta ta’ vjolenza, jew frodi, mela għarralek. It-teħid ta’ data mingħajr permess huwa meqjus bħala reat kriminali daqstant ieħor gravi….

Televiżjoni u Radju

Daħk, emozzjonijiet, rebħ ta’ rigali, spettaklu, u kurżitajiet, imwasslin ġo djarkom mingħand Ryan u Josmar kull nhar ta’ Sibt waqt ‘Sibtek’. Din il-ġimgħa, fost l-oħrajn, Kersten u Shanice, koppja miżżewġa…

Televiżjoni u Radju

Wara l-breakfast show ta’ dalgħodu, Anna ttantat xortiha wkoll u rnexxielha tagħmel challenge li f’dawn l-aħħar jiem qed iddur fuq il-midja soċjali. Araw iċ-challenge fil-filmat t’hawn taħt. Inti pruvajtha? Carlo 's Breakfast…

Aktar