Elezzjoni
Ara min hemm fuq quddiem

Hekk kif aktar kmieni tħabbar li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b’distakk ta’ 51,500 vot issa l-ħarsa tintefa’ fuq il-kandidati li se jiġu eletti. Minn ħin għall-ieħor jibdew joħorġu xi indikazzjonijiet.

Il-kandidati li jidhru li għandhom vantaġġ biex ikunu eletti, għall-Partit Laburista huma Miriam Dalli, li tidher li se tkun eletta mal-ewwel għadd, Alfred Sant, Alex Agius Saliba, waqt li  għar-raba’ siġġu jidher li se tiżviluppa taqtiegħa bejn l-avukat Josianne Cutajar u Cyrus Engerer. Għalkemm jidher li l-avukat Cutajar għandha vantaġġ żgħir fuq Engerer.

Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista jidhru fuq quddiem Roberta Metsola u David Casa.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar