Infrastruttura
Ara min huma l-bennejja liċenzjati f’Malta

L-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini ppubblika fis-sit elettroniku tiegħu l-lista ta’ mijiet ta’ bennejja liċenzjati. Sal-lum din il-lista qatt ma kienet ippubblikata, iżda fl-isfond tad-diskussjoni li qamet fil-pajjiż wara l-inċidenti ta’ dal-aħħar, saru bosta sejħiet biex tiġi ppubblikata l-lista tal-bennejja liċenzjati.

Il-Kamra tal-Periti laqgħet dan l-iżvilupp u qalet li kienet ilha tinsisti għaliha iżda kull darba ntqal lilha li ma setgħetx tiġi pubbikata minħabba l-protezzjoni tad-data.

Skont il-liġi, ħadd ma jista’ jaħdem is-sengħa ta’ bennej mingħajr liċenzja. Din il-lista tal-bennejja liċenzjati hija meħieġa biex is-sid tal-fond, il-perit inkarigat mill-bini, u l-pubbliku, ikollhom serħan tal-moħħ li l-bennej huwa kkwalifikat biex jeżerċita din is-sengħa u li għandu t-taħriġ meħtieġ.

Fi stqarrija l-Kamra tal-Periti qalet li issa tistenna li l-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini ma jippermettix li jitkompla xogħol ta’ kostruzzjoni meta l-bennej ma jkunx fil-lista tal-bennejja liċenzjati, għaliex sostniet li l-bennej u l-perit għandhom responsabbiltà legali fuq ix-xogħlijiet tagħhom.

Ara l-lista sħiħa tal-bennejja liċenzjati hawn.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tagħrif li Television Malta ġabar mingħand il-Pulizija juri li r-rapporti ta’ serq x-xahar li għadda naqsu b’25% meta imqabbel ma Marzu tas-sena l-oħra. Fi kliem l-Ispettur Fabian Fleri, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet…

COVID-19

Il-proċeduri għall-IVF jinsabu ffriżati għal kollox kawża tal-COVID19. Il-kap tal-awtoritàa għall-protezzjoni tal-embrijun qalet li ttieħdu miżuri biex dawk li jinsabu fl-età massima li fiha jistgħu jinqabdu tqal bl-IVF, jingħataw estensjoni…

COVID-19

Edizzjoni tal-programm DISSETT se tixxandar wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM. Dirett mill-istudios ta’ Television Malta: id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u diversi professjonisti mill-Isptar Mater Dei…

Lokali

Kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. F’pandemija bħal dik li qed ngħixu, kulħadd jintlaqat b’mod jew b’ieħor u kulħadd għandu il-perspettiva tiegħu. M’hemmx dubju li l-COVID19 se tħalli timbru fis-socjetà u…

Aktar