Barranin
Ara min huma r-rebbieħa tas-77 edizzjoni tal-festival tal-films ta’ Venezja

Meqjus bħala preludju għall-OSCARS, l-eqdem festival tal-films fid-dinja – dak ta’ Venezja – sar anke jekk b’ħafna restrizzjonijiet.

Tħabbru r-rebbieħa tas-77 edizzjoni tal-Festival tal-Films ta’ Venezja li kien l-ewwel avveniment ewlieni fl-industrija taċ-ċinema li sar quddiem l-udjenza mindu faqqgħet il-pandemija.

Atturi, diretturi u producers iċċelebraw il-prestazzjoni tagħhom waqt iċ-ċerimonja li saret fil-Lido ta’ Venezja.

L-iżjed unur prestiġjuż, l-Golden Lion ingħata lil film Nomadland, produzzjoni dwar komunità ta’ Nomadi li jivvjaġġaw bil-vannijiet. Il-film tad-direttriċi Ċiniża Chloé Zhao, jiffoka fuq l-istorja tal-armla interpretata minn Frances McDormand stars Frances McDormand li tgħix bħala nomada wara l-kriżi finanzjarja tal-2008. Din kienet l-ewwel darba li l-ogħla unur tal-festival intrebaħ minn mara f’għaxar snin,

L-attriċi Brittanika, Vanessa Kirby li kienet qed tieħu sehem fil-festival b’żewġ films rebħet l-unuri għall-aqwa attriċi għall-parti li interpretat f’Pieces of A Woman, l-istorja ta’ omm li titlef lill-bintha tarbija.

“We all experience grief in different ways and we’ve all lost people and I hope in someway it unites us and makes us feel less alone because you watch one woman’s story of navigating that grief, which is an extremely individual, private, solitary journey and I hope even in a tiny way it makes it more, perhaps less solitary knowing that something is represented on the screen that might touch on what you feel,” qalet l-attriċi Vanessa Kirby.

L-unur għall-aqwa attur mar għat-Taljan, Pierfrancesco Favino. Iż-żewġ Silver Lions li jingħataw mill-ġurija mmexxija mill-attriċi Cate Blanchett, marru għand direttur Ġappuniż u direttur Messikan. L-aqwa direttur ingħata lid-direttur Ġappuniż, Kiyoshi Kurosawa, għall-film Wife of a Spy filwaqt li d-direttur Messikan Michel Franco kien onorat bil-premju tal-ġurija għall-aqwa film, it-thriller New Order, film li jantiċipa dinja fejn id-diskrepanzi soċjali u ekonomiċi iwasslu għal soċjeta’ li ma tibqax sostennibbli.

“We must bring attention to this issue and change the course that the world has been on since such a long time ago because if we don’t correct the situation, it will explode, it’s a ticking bomb,” qal id-direttur Michel Franco.

Id-direttur veteran Russu, Andrei Konchalovsky rebaħ l-premju speċjali tal-ġurija għall-film “Dear Comrades!”, dwar massakru tal-1962 kontra ħaddiema li kienu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jistrajkaw f’ Novocherkassk, fl-ex Unjoni Sovjetika.

Minkejja l-isfidi partikulari ta’ din l-edizzjoni, id-direttur tal-festival Alberto Barbera qal li kien kuntent bl-andament tas-serata.

“It is possible to get back to theatres, to get back to restart, to reopen cinemas to start shooting films again. It can be done with all the necessary safety measures that for example the ones that we put in place here in Venice,” qal id-direttur tal-festival tal-films Alberto Barbera.

Hu qal li minkejja r-restrizzjonijiet, l-avveniment attira mal-ħamsin fil-mija tal-udjenzi li s-soltu jattendu għall-festival.

Aħbarijiet Oħra

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Skont il-figuri tal-Università John Hopkins fl-Istati Uniti, l-għadd ta’ nies infettati bil-Covid-19 qabeż it-tletin miljun, fejn mietu 940,000. L-iktar dawk milquta ħażin huma l-Istati Uniti, l-Indja, u l-Brazil, iżda qed…

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li tinsab imħassba serjament bil-mod kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-COVID-19 fl-Ewropa. Dan hekk kif il-każi attivi fil-kontinent qabżu l-għadd ta’ każi f’Marzu li għadda. L-imxija tal-COVID-19…

Il-Prim Ministru Libjan, Fayez al-Sarraj, ħabbar li se jirrizenja sal-aħħar ta’ Ottubru. F’messaġġ televiżiv, Sarraj qal li ser ikun qiegħed iħalli l-kariga tiegħu biex din tgħaddi f’idejn awtorità eżekuttiva ġdida…

Aktar