Barranin
ARA: Min kien l-iktar oriġinali fl-ilbies għall-Met Gala?

Ir-rapper Cardi B attirat l-iktar attenzjoni fis-serata annwali tal-Met Gala fi New York.  Dan hekk kif libset libsa ta’ Thom Browne lewn aħmar skur, b’kuda ta’ 10 piedi li kienet magħmula minn eluf ta’ rix.

F’dan l-avveniment li jkun biss miftuħ għal dawk li jkollhom invit u l-parti l-kbira jkunu ċelebritajiet, Jennifer Lopez ukoll serqet ix-xena b’libsa tad-ditta Versace b’headpiece mill-materjal tal-libsa stess.

Kien hemm ukoll Lady Gaga li spikkat bil-libsa kbira ta’ lewn roża tad-dar tal-moda Brandon Maxwell, filwaqt li Katy Perry libset libsa f’forma ta’ linfa.

L-artist Billy Porter kien liebes id-deheb minn rasu sa saqajh bħal li kieku kien xi Eġizzjan tal-qedem.  Huwa twassal sal-post fejn saret is-serata minn 6 irġiel bla qmis.

It-tema għal din is-sena kienet ‘Camp: Notes on Fashion’ u titratta l-umoriżmu, l-esaġerazzjoni u l-interpretazzjoni liberali.  Hija ispirata mill-komponiment tal-kittieba Susan Sontag tal-1964 ‘Notes on Camp’.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Bank of England esprima l-intenzjoni li jfakkar lil Alan Turing fuq il-karta tal-£50, wara li l-awtoritajiet ta’ żmienu għaddewh minn martirju għax kien omosesswali. Turing kien matematiku viżjonarju, u s-servizz…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

F’Napli, f’bajja fiż-żona ta’ Varcaturo, minn imkien tfaċċa l-maltemp bi tromba tal-arja spiċċat għamlet ħerba sħiħa. Dawk li kienu qed jirrilassaw u jgawdu l-baħar kellhom jippakkjaw u jitilqu jiġru mill-bajja…

Barranin

Meta kien fadal inqas minn siegħa qabel l-India jtella’ l-vettura spazzjali, il-pajjiż issospenda t-tieni missjoni lejn il-qamar. L-aġenzija spazjali Indjana qalet li t-tluq tal-vettura tħassar minħabba problemi tekniċi. Żiedet tgħid…

Aktar