Kurżitajiet
ARA: Min kien rebaħ l-ewwel tellieqa tar-Rolex Middle Sea?

Dilettanti tat-tbaħħir illum jinsabu fuq ix-xwiek sakemm tibda t-tellieqa li ta’ kull sena sseħħ bi preparamenti kbar f’pajjiżna.

Illum se sseħħ l-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race bi flotta ta’ 113 yacht li se jbaħħru mill-Port il-Kbir f’tellieqa ta’ 600 mil.

Din it-tellieqa nibtet mir-rivalità bejn il-membri tar-Royal Ocean Racing Club (RORC) Alan Green u Jimmy White, żewġt Ingliżi li kienu jgħixu Malta u l-Membri Maltin tar-Royal Malta Yacht Club, Paul u John Ripard.

Dawn iż-żewġt Klabbs ipproponew lill-Kumitat tar-RMYC rotta twila għat-tlielaq li jibdew u jispiċċaw f’Malta fix-xhur tal-ħarifa.

Din it-tellieqa ilha ssir ġewwa pajjiżna mill-1968 bl-ewwel rebbieħ kien wieħed mill-fundaturi, John Ripard li f’dan il-filmat jidher qed jirċievi l-ewwel trofew mis-Sur Anthony Miceli Farrugia.

TVM se jkun qed ixandar dirett it-tellieqa Rolex Middle Sea fl-10:30.

Middle Sea Race

Anthony Miceli Farrugia presenting the trophy to the winner of the first Middle Sea Race, won by John Ripard in 1968. Like our PAGE and keep following us to discover interesting facts through our video clips 🙂

Gepostet von Malta Audio Visual Memories am Donnerstag, 17. Oktober 2019

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 68 sena huwa d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta dan wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor ta’ 56 sena, li miet bl-istess virus. Ir-raġel ta’ 68…

Ambjent

Studju xjentifiku dwar it-tniġġis tal-arja li ġie ppubblikat f’rivisti internazzjonali, jikkalkula l-effetti fit-tul ta’ dan it-tniġġis fuq saħħet il-bniedem. B’mod ġenerali l-istudju juri tnaqqis fl-elementi fini ta’ tniġġis mal-pajjiż iżda…

Immigrazzjoni

Il-pressjoni tal-immigrazzjoni irregolari mil-Libja lejn ix-xtut Ewropej kompliet żdiedet minħabba l-pandemija li qed twassal biex bosta ħaddiema fil-Libja li ma jikkwalifikawx għall-ażil qed jittantaw xortihom jaqsmu l-baħar. Ċifri li għandu…

Aktar