Barranin
ARA: Min kienu l-artisti li spikkaw l-aktar fil-Grammys u l-BAFTAS?

Matul il-lejl li għadda saru tnejn mill-iżjed avvenimenti prestiġjużi għall-industriji tal-mużika u l-film: il-Grammys f’Los Angeles, l-Istati Uniti, . . . u l-BAFTAS, f’Covent Garden f’Londra.

Il-61 edizzjoni tal-Grammy Awards, li jitqiesu bħala l-iżjed awards prestiġjużi fil-mużika, elenkaw il-kontribut tan-nisa fl-industrija tal-mużika.

Is-serata ppreżentata minn Alicia Keys, kienet miżgħuda b’wirjiet minn kantanti u artisti nisa fosthom Lady Gaga, Cardi B, Jennifer Lopez, Diana Ross, Dolly Parton, Miley Cyrus, Janelle Monae, Katy Perry u Musgraves.

Il-kantanta Amerikana tal-mużika country, Kacey Musgraves, rebħet l-album tas-sena għall-“Golden Hour” filwaqt li Childish Gambino rebaħ l-grammy għall-aqwa record u kanzunetta tas-sena, b’This is America f’rebħa rari għall-artist hip hop.

Id-diska hip hop tiffoka fuq il-Pulizija Amerikana u r-razziżmu, u rebħet ukoll l-Grammy għall-aqwa video u l-aqwa kanzunetta rap.

Musgraves rebħet ukoll grammy għall-aqwa album, għall-aqwa kanzunetta u għall-aqwa wirja solo tal-mużika country.

Il-kantanta Ingliża Dua Lipa rebħet il-grammy għall-aqwa kantana ġdida filwaqt li r-rapper Cardi B rebħet l-ewwel grammy tagħha għall-aqwa album rap, “Invasion of Privacy”

L-artist Drake issorprenda b’wirja animata rap u kien ukoll ir-rebbieħ tal-aqwa kanzunetta rap, God’s Plan.

L-artista Lady Gaga li din is-sena spikkat bħala attriċi fil-film ”A Star is Born”, rebħet ukoll tliet Grammys.

Il-film “The Favourite” kien ir-rebbieħ tal-akbar għadd ta’ awards fil-BAFTAS, seba’ b’kollox, fosthom għall-aqwa outstanding film, screenplay oriġinali, produzzjoni, u għall-aqwa disinn tal-kostumi, make up u xagħar. Oliva Colman rebħet l-BAFTA għall-aqwa attriċi għall-mod kif interpretat lir-reġina Anne fi żmien meta n-nisa kienu jissieltu għall-poter fl-Imperu Ingliż. L-attriċi Rachel Weisz rebħet l-BAFTA għall-aqwa attriċi f’parti sekondarja.

Il-film Roma kien it-tieni l-iktar rebbieħ fit-72 edizzjoni tal-BAFTAS meta ngħata l-unuri għall-aqwa film, ċinematografija, lingwa barranija u għall-aqwa direttur Alfonso Cuaron.

Il-BAFTAS huma l-awards li jingħataw mill-akkademja Ingliża tal-film u t-televiżjoni. Rami Malek rebaħ l-BAFTA għall-aqwa attur għall-mod kif interpreta lill-kantant Freddie Mercury f’Bohemian Rhapsody wara li kien rebaħ ukoll il-Golden Globe u l-Iscreen Actors Guild Award għall-istess parti.

Mahershala Ali rebaħ l-BAFTA għall-aqwa attur f’parti sekondarja fil-film ”Green Book” ambjentat fis-snin sittin fi Stati Uniti li kienet ddominata minn segregazzjoni.

L-aqwa addattament tal-iscreenplay intrebaħ minn Spike Lee għal- film “BlacKkKlansman”, filwaqt li l-attur u direttur Bradley Cooper irċieva BAFTA għall-aqwa mużika oriġinali fil-film A Star Is Born”.

L-attriċi Letita Wright rebħet l-BAFTA għall-aqwa Rising Star.

Il-Prinċep William li huwa l-president tal-BAFTA ppreżenta fellowship onorarju lil Thelma Schoonmaker, l-editriċi Amerikana tal-films li ħadmet mill-qrib ma’ Martin Scorsese, rebbieħa ta’ tliet Oscars għall-film The Departed, The Aviator u Raging Bull.

 

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar