Barranin
Ara min rebaħ il-Brit Awards għal din is-sena

Is-sehem ta’ George Ezra, Little Mix, “The 1975”, u l-artist Hugh Jackman, li interpreta kanzunetta mill-film “The Greatest Showman”, kienu wħud mill-attrazzjonijiet fis-serata tal-BRIT Awards f’O2 Arena f’Londra. L-istennija iżda kienet għall-mument meta tħabbru r-rebbieħa f’erbatax-il kategorija.

Il-band “The 1975″ li ddoqq mużika pop u rock rebħet żewġ Brit Awards: għall-aqwa grupp u għall-album tas-sena b'”A Brief Inquiry into Online Relationships.”

Id-DJ Skoċċiż, Calvin Harris, li fil-karriera tiegħu kkolabora ma’ artisti bħal Rihanna u Sam Smith rebaħ Brit Awards għall-aqwa producer u għall-aqwa kanzunetta One Kiss, li pproduċa mal-kantanta Dua Lipa.

Il-kantawtriċi Amerikana Pink, li għalqet iċ-ċerimonja b’medley tal-aktar diski popolari tagħha, ġiet onorata b’unur għall-kontribut siewi li tat lill-industrija mużikali. Hija kienet l-ewwel artista internazzjonali li qatt irċievet dan il-premju.

Il-kantanta soul, Jorja Smith, rebħet Brit Award għall-aqwa artista solo filwaqt li George Ezra rebaħ l-Brit Award għall-aqwa artist Ingliż.

L-aqwa video tas-sena nterbaħ mill-grupp Little Mix għall-kanzunetta “Woman Like Me” li pproduċew b’kollaborazzjoni mar-rapper Nicki Minaj, filwaqt li Tom Walker rebaħ l-aqwa Breakthrough Act Ingliż, għall- “Leave a Light on”.

Fil-kategoriji internazzjonali il-kantanta Ariana Grande, li kisbet suċċess b'”Thank U, Next” rebħet l-Brit Award għall-aqwa artista solo mara, filwaqt li r-rapper Kanadiż, Drake, rebaħ l-award għall-aqwa kantant internazzjonali solo.

The Carters magħmul mill-koppja Beyonce u żewġha r-rapper Jay Z, ħadu l-award għall-aqwa grupp internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar