Barranin
ARA: Min se jippreżenta l-Eurovision ta’ din is-sena?

Għall-kuntrarju tas-sena li għaddiet, din is-sena se jkunu 4 preżentaturi nisa għall-Eurovision 2018.  F’Kyiv, ir-Russi kienu kitbu l-istorja bi tliet preżentaturi rġiel, u din is-sena l-Portugiżi se jerġgħu jnaqqxu isimhom fl-istorja għar-rekord ta’ preżentaturi nisa li ntgħażlu għas-serati tas-semi finali u l-finali ta’ dan il-konkors Ewropew.

Filomena Cautela, Sílvia Alberto, Daniela Ruah and Catarina Furtado se jippreżentaw l-edizzjoni li jmiss li se ssir f’Liżbona f’Mejju li ġej.  Filomena hija wiċċ familjari fil-Eurovision minħabba li kienet hi li l-kelliema tal-ġurija Portugiża s-sena li għaddiet.  Sílvia ilha għal dawn l-aħħar 10 snin tippreżenta s-serata li matulha tintgħażel il-kanuzunetta li tirrappreżenta lill-Portugall fil-Eurovision.  Daniela hija attriċi popolari, filwaqt li Catarina hija preżentatriċi u attriċi maħbuba ħafna fil-Portugall.

Ara hawnhekk x’messaġġ għandhom għalikom l-4 preżentaturi nisa:

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Ikel

Fl-Iżvizzera, l-elettorat ivvota kontra żewġ proposti għal ikel sostenibbli. L-ewwel riżultati juru li 60% tal-elettorat ivvota kontra dawn il-proposti li kellhom l-għan jsaħħu l-agrikoltura Żvizzera u jippromwovu agrikoltura iktar sostenibbli….

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Aktar