Barranin
ARA: Min se jirbaħ fil-Golden Globes din is-sena?

Jitħabbru fis-sigħat li ġejjin ir-rebbieħa tas-sitta u sebgħin edizzjoni tal-Golden Globes f’ċerimonja li matulha jiġu ppremjati films u programmi televiżivi li jkunu spikkaw fl-aħħar tnax-il xahar.

Organizzati mill-Hollywood Foreign Press Association, din is-sena l-Golden Globes se jkunu ppreżentati mill-attriċi kanadiża Sandra Oh; u l-attur komiku Amerikan Andy Samberg f’ċerimonja li se ssir f’Beverly Hills, California.

Innominati għall-kategorija tal-aqwa film: “A Star is Born”, “Bohemian Rhapsody”, “If Beale Street Could Talk”, “Black Panther” u “BlacKkKlansman” filwaqt li n-nomini għall-aqwa kummiedja jew musical jinkludu lil “Mary Poppins Returns”, “Crazy Rich Asians”, “The Favourite”, “Green Book” u “Vice”.

L-attur rebbieħ ta’ diversi Oscars, Jeff Bridges se jingħata l-lifetime achievement award, għall-mod kif interpreta partijiet f’films fosthom il-Western, “True Grit” u l-film komiku “The Big Lebowski.”

Tul il-karriera, l-attur li għandu disa’ u sittin sena kien innominat għall-ħames Golden Globes, b’rebħa għall-parti li interpreta fid-drama tal-2009, Crazy Heart li kienet rebbħitu wkoll Oscar. Atturi li kienu rebħu dan l-award prestiġjuż jinkludu lil Oprah Winfrey, George Clooney, Robert De Niro, Audrey Hepburn, Harrison Ford, u Meryl Streep.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar