Lokali
Chanel Monseigneur ser tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest

Wara li fit-12 ta’ Settembru t-tnax-il finalist fil-Malta Junior Eurovision taw l-interpretazzjoni tal-kanzunetta oriġinali tagħhom quddiem il-ġurija, kien imiss li l-kanzunetti jingħataw ukoll il-verdett tal-pubbliku permezz ta’ votazzjoni bl-SMS li nfetħet mis-Sibt 19 ta’ Settembru waqt ix-xandira fuq TVM u għalqet is-Sibt 26 ta’ Settembru.

Il-vot tal-ġurija u l-vot tal-pubbliku ingħaqdu flimkien b’perċentwal indaqs (50% kull wieħed) biex jiddeterminaw ir-riżultat uffiċjali.

L-ewwel Post

Chasing Sunsets

Kantanta: Chanel Monseigneur

It-Tieni Post

Anywhere

Kantanta: Leah Mifsud

It-Tielet Post

The Child From Inside

Kantant: Mychael Bartolo Chirchop

Il-kantanta rebbieħa se tkun qed tirrappreżenta lil Malta, fil-Junior Eurovision ta’ din is-sena li se jittella’ fid-29 ta’ Novembru minn Varsavja l-Polonja. Il-verżjoni ta’ din is-sena se tkun xi ftit differenti minħabba li l-parteċipanti se jkunu qed jipparteċipaw minn pajjiżhom minħabba s-sitwazzjoni tal-imxija tal-Covid-19.

Ara l-kanzunetta rebbieħa hawnhekk:-

MJESC2020:- Chanel Monseigneur – Chasing Sunsets