Barranin
ARA: Minn Beverly Hills jirnexxielha tasal sa Kensington Palace

Meghan Markle hija l-aktar popolari għar-rwol ta’ Rachel Zane fis-serje Suits. Il-karattru li kienet tinterpreta inħareġ bil-mod il-mod mill-istorja hekk kif ħabbret l-għerusija tagħha u tal-Prinċep Harry f’Novembru li għadda.

Rachel Meghan Markle twieldet fl-4 ta’ Awwissu tal-1981. Trabbiet f’Los Angeles f’żona magħrufa bħala “Black Beverly Hills”. Hi ggradwat mill-Università tal-Komunikazzjoni Northwestern fl-2003, meta kienet għadha fil-bidu tal-karriera tagħha bħala attriċi.

Bejn prova u oħra, għenet ruħha billi kienet tikteb l-inviti tat-tiġijiet biex taqla’ xi ħaġa tal-flus.

Meghan Markle dehret għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni fl-Istati Uniti fl-2002 f’episodju tad-drama General Hospital. Missierha kien membru tal-kru fuq is-sett.

Bħal Prinċep Harry, hija attivista favur id-drittijiet umani l-aktar dawk tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Serviet bħala ambaxxatur dinji tal-World Vision Canada, u taħdem biex tfal madwar id-dinja jkollhom edukazzjoni, ikel u kura tas-saħħa aħjar.

Ta’ 11-il sena hija ġielgħet lill-kumpanija tas-sapun biex tibdel riklam, wara li kitbet ittra fost oħrajn lill-First Lady ta’ dak iż-żmien Hillary Clinton biex tilmenta li skont dan ir-riklam post in-nisa hu fil-kċina.

Meghan Markle kienet diġà miżżewġa. F’Settembru tal-2011 iżżewġet lill-produttur tal-films Trevor Engelson. Huma ddivorzjaw sentejn wara.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 20 persuna ndarbu meta kienu qed jużaw l-escalator fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ taħt l-art tal-kapitali Taljana ta’ Ruma u f’ħin minnhom ċeda bihom. Bosta midruba huma partitarji tat-tim Russa CSKA…

Barranin

Xini tal-kummerċ Grieg li jmur lura aktar minn 2,400 sena instab fil-qiegħ tal-baħar ftit ‘il barra mill-kosta tal-Bulgarija. Is-sejba tax-xini fil-Baħar l-Iswed qed tkun deskritta bħala l-akbar sejba ta’ vapur antik…

Barranin

Il-plejer Portugiż ta’ Juventus Cristiano Ronaldo spiċċa fuq fomm kulħadd minħabba l-arloġġ miksi bid-djamanti li libes.  Kien innutat minn kulħadd u qanqal reazzjoni ta’ bosta. Impossibbli ma tindunax bl-arloġġ li…

Kurżitajiet

Burgers magħmula minn sostituti tal-laħam fihom iktar melħ mill-burgers propji.  Dan ħareġ minn stħarriġ ġdid li sar minn grupp ta’ riċerkaturi Ingliżi li fih jirriżulta li burgers tal-laħam fihom 0.14…

Aktar