Kurżitajiet
ARA: Minn bikja għal tbissima meta beda jisma’ għall-ewwel darba

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qed idewweb ħafna qlub, anki jekk mhuwiex ċar meta u fejn ittieħed.

Fil-filmat jidher Arthur; tarbija nieqsa mis-smigħ li qed ilibbsulha ‘hearing aid’ għall-ewwel darba.

Hekk kif bdew ilibbsulha l-apparat it-tarbija ma tantx bdiet tieħu gost, u nfexxet tixgħer u tibki.

Iżda hekk kif l-għodda kienet f’postha u t-tarbija bdiet tisma’ l-ilħna tal-ġenituri tagħha għall-ewwel darba, pront waqfet tibki, u minflok ċarrtet tbissima mill-iktar ħelwa.

Ħafna kienu dawk li mhux biss iggustaw lil din it-tarbija u ferħu għaliha, iżda wkoll irrikonoxxew id-differenza li għodda sempliċi kapaċi tagħmel fil-ħajja tal-persuni, anki dawk l-iktar ċkejkna.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ritratt li qed idur mal-midja soċjali qabad il-mument li ‘vu cumprà’ (kif jissejħu l-bejjiegħa taċ-ċekċik fuq il-bajjiet fl-Italja) jipprova jbigħ iċ-ċekċik lid-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini. Donnu li r-raġel…

Kurżitajiet

Koppja xtaqet taqsam mad-dinja l-ferħ tagħha bit-twelid ta’ binthom b’ritratt mhux tas-soltu. Kimberly u Patricia O’Neill damu 4 snin jippruvaw għat-tfal. Bis-saħħa tal-IVF, dawn irnexxielhom għalkemm għaddew minn  ħafna tbatija…

Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Kurżitajiet

L-isptar ta’ Mesa, fl-Ariżona, se jkollu nuqqas ta’ infermiera fit-taqsima tal-ITU hekk kif, 16-il infermeira nqabdu tqal fl-istess żmien u mistennija jixtru kollha bejn ix-xhur ta’ Settembru u Jannar. L-istaff…

Aktar