Lokali
ARA: Minn darhom isellmu lil Santa Katerina fil-jum tal-Festa Liturġika

Il-25 ta’ Novembru hija l-festa liturġika ta’ Santa Katerina. Minkejja li l-COVID-19 waqfitna milli nagħmlu ċelebrazzjonijiet, is-Soċjetà Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq xorta waħda fakkret dan il-jum.

Il-Banda Santa Katerina V.M. sellmet lill-Patruna taż-Żrieraq bin-noti ħelwin minsuġa fl-Innu “Saltan Fostna Katerina”, bil-bandisti daqqew minn darhom taħt id-direzzjoni tas-surmast Josef Grech.

Flimkien ma’ din l-inizjattiva ħelwa, il-Jum Liturġiku ta’ Santa Katerina ġie mfakkar b’quddiesa, b’omelija dwar il-Qaddisa mill-Patri Dumnikan Aaron Zahra u wara sar il-ħruq tan-nar. Rappreżentati tas-Soċjetà Mużikali Santa Katerina poġġew ukoll il-fjuri quddiem il-monument ta’ Santa Katerina.