Ambjent
ARA: Minn fejn ġej l-ilma li nixorbu?

Il-mini ta’ Kandja jew il-pumping station ta’ Kandja huwa post importanti fejn jinġema’ l-ilma tax-xita biex isir dak li finalment imur fid-djar tal-familji Maltin. Dan qalu l-Inġinier Manuel Sapiano mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma f’intervista ma’ TVM.

L-Inġinier Sapiano spjega kif l-ilma tax-xita li jinżel bil-mod mill-qsim fil-blat idum ħafna ma jiskula. Infatti, dak l-ilma li qiegħed jidher fil-filmat huwa ilma li għandu madwar 40 sena.

Iżda ż-żmien twil li jieħu l-ilma tax-xita biex jinġema’ hawnhekk huwa vantaġġ aktar milli żvantaġġ. Dan l-għaliex huwa u jiskula fil-blat, l-ilma jissaffa’ mill-impuritajiet li jġorr miegħu bħall-bexx, il-ħmieġ, mikrobi u xi kimiċi oħrajn meta jkun għadu fil-wiċċ.

L-Inġinier Sapiano qal li fil-mini ta’ Kandja jsir monitoraġġ kontinwu u dettaljat tal-ilma fejn għaddejj ukoll proġett kbir li jinvolvi l-ilma kollu f’Malta. Huwa spjega li minbarra r-riżors tal-ilma fil-pjan, jeħtieġ ikun hemm riżorsi oħra li jissodisfaw id-domanda għall-ilma. Dawn il-proġetti jiżguraw li, b’mod effiċjenti, jintlaħaq il-qafas kollu tal-immaniġjar tal-ilma fil-pajjiż.

L-Inġinier Sapiano qal ukoll li waħda mill-problemi li tolqot l-ilma tal-pjan huwa d-dħul tal-ilma mielaħ speċjalment fejn hemm il-qsim fil-blat. Dan il-blat antik, qal l-inġinier Sapiano, inħoloq wara ħafna attivitajiet tektoniċi, fi kliem ieħor bħal terremoti, li waslu għall-qsim fil-blat.

L-ilma fil-qsim tal-blat, spjega aħjar l-Inġinier Sapiano, huwa u jiskula jtella’ miegħu ilma mielaħ u allura jeħtieġ li jsir moniteraġġ tal-ilma biex jiġii żgurat li dak li jiġi kkunsmat ikun ta’ kwalità.

Il-pumping station ta’ Kandja saret fis-sittinijiet minn missirijietna li tħaffer bl-idejn.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Aktar