Qorti
ARA: “M’intix tarani nibki?!” – Dun Ġużepp Ċini jwieġeb lill-ġurnalisti jekk jiddispjaċihx

Huwa u ħiereġ mill-Qorti, Dun Ġużepp Ċini, qassis li jinsab akkużat li stupra tifel, intlemaħ ixejjer maktur u jgħid ”minitx tarani nibki?”

Dan Dun Ċini qalu bi tweġiba tal-ġurnalisti li saqsewhx jekk iddispjaċihx.

Dun Ċini flimkien ma’ Dun Sultana wieġbu mhux ħatja li abbużaw sesswalment minn tifel u talbu għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tagħhom u ordnat li jinżammu arrestati f’Kordin sakemm tinstema’ x-xhieda kollha.

Ara wkoll:

Il-Qorti tordna li l-qassisin mixlija bi stupru jinżammu arrestati f’Kordin sakemm tkompli tinstema’ x-xhieda