Televiżjoni u Radju
Ara: Misteri u leġġendi minn Għawdex – ‘Il-Muxrafija’ jżur il-gżira tat-tliet għoljiet

Għada, ‘Il-Muxrafija’ jissokta b’dokumentarju ieħor. Did-darba, programm mill-gżira tat-tliet għoljiet bil-għan li jitħaddet l-għajdut li hemm wara bosta leġġendi Għawdxin fosthom ta’ Żgugina u binha fl-hekk imsejħa Ponta ta’ San Dimitri fir-raħal tal-Għarb. Żjara wkoll, sal-Knisja Parrokkjali l-Qadima tal-Għarb li llum magħrufa aħjar bħala l-Kappella taż-Żejt.

Għada wkoll, ‘Il-Muxrafija’ jerħilha għat-Triq tal-Għajn u Għajnsielem bil-għan li t-telespettaturi jaraw x’kurżitajiet hemm wara l-għejun li jagħtu l-ħajja lil dawn l-irħula ferm karatteristiċi. Fost l-oħrajn, l-għejun tat-Triq tal-Għajn wasslu biex il-Fontana jkollu l-eqdem isem tal-lokal f’Għawdex.

Imbagħad, il-pubbliku se jittieħed dawra sa Wied il-Għasel fil-Mosta u sal-Qala biex jiskopri aktar dwar il-ħajja misterjuża ta’ San Kerrew u kif it-tali eremita rabat iż-żewġ lokalitajiet flimkien.

‘Il-Muxrafija’ jixxandar għada fil-5.30pm fuq TVM.