Lokali
ARA: Mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa

Ilbieraħ filgħaxija kull min inzerta fl-inħawi tal-bypass ta’ Birkirkara, San Ġwann u l-Għargħur lemaħ mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19.

Fl-inizjattiva msejħa #LightTheSky, il-kumpanija Studioseven ingħaqdet ma’ għadd kbir ta’ kumpaniji internazzjonali li jipprovdu servizzi ta’ dwal u awdjoviżjoni billi t-tekniċi tagħha ħolqu spettaklu tad-dawl ta’ 30 minuta.
L-ekonomisti qed jargumentaw li l-kumpaniji li jipprovdu servizzi awdjo viżivi huma fost l-aktar milquta ħażin mill-effetti tal-pandemija fuq l-ekonomija. Minkejja dan, xorta waħda ingħaqdu biex jgħidu grazzi u jagħtu sinjal ta’ tama lill-pajjizi kollha affettwati fosthom Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Lokali

Fis-sentejn li għaddew kien hemm 96 persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienu vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin f’Malta. Dan intqal mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fi tweġiba…

Aktar