Knisja Maltija
ARA: Mudell fula maqsuma mal-Knisja Parrokkjali tal-Furjana

Il-Festa ta’ San Publju tal-Ħadd li ġej ittappnet mill-att vandalu tal-ġimgħa li għaddiet li fih inqered l-Ark trijonfali tal-injam. Sorsi qalu li l-Pulizija għad m’għamlet ebda arresti iżda mill-filmati miġbuda mill-kameras tas-sigurtà jidher li dehret persuna suspettuża bil-barnuża f’rasha li l-investigaturi qed jippruvaw jistabilixxu l-identità tagħha.

Intant, fil-Floriana hemm biċċa xogħol artistika oħra li nbniet fis-snin sittin u hija identika sal-inqas dettal għall-binja imponenti u ferm magħrufa fl-istess lokalità.

Kif tiftaħ il-bieb ta’ dar żgħira fil-Floriana minflok l-intrata jew l-antiporta ssib mudell kbir tal-Knisja Parrokkjali tal-istess lokalità.

Sidu Pawlu Piscopo, membru tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija qalilna li l-mudell beda jinħadem minn missieru kważi sittin sena ilu wara li nzerta ltaqa’ ma’ persuna f’ħanut taż-żebgħa f’Tas-Sliema.

“Kien kien hemm wieħed se jemigra u kellu erba’ pilastri maġġuri u koppla, u meta ġibtu d-dar missieri qalli din tixbaħ lil tal-Furjana u qal nagħmlu Knisja bħal tal-Furjana u beda jibniha”

Il-mudell li bela’ kamra sħiħa biswit il-bini tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija hu fula maqsuma mal-Knisja parrokjali – fosthom bil-pitturi, it-tużel u saħansitra l-madum.

Il-knisja żgħira tant fiha dettalji u armar li fl-aħħar tliet snin, Pawlu ddeċieda li jħalliha armata s-sena kollha.

“Qed inħalliha għax biex tarma għandek xi tliet ġimgħat mill-inqas, barra t-tbatija biex tqabbad l-elettriku u hekk u t-toqol tal-armar li fiha u trid toqgħod tidħol ġo fiha biex tarma'”

F’dawn il-jiem tal-Festa ta’ San Publju, il-mudell tal-Knisja tal-Furjana jinsab għall-wiri. Pawlu għad ma jafx x’se jiġri mill-mudell ‘il quddiem iżda x-xewqa tiegħu hija ċara.

“Kieku li tibqa’ imma rridu naraw hu”

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Saħħa

Għall-ewwel darba l-Isptar Mater Dei nbidel f’ċentru ta’ eċċellenza hekk kif kardjoloġisti mill-aqwa sptarijiet ġew Malta biex jaraw kif jistgħu japplikaw sistema ġdida li biha l-kura lill-pazjent qed tingħata b’aktar…

Aktar