Lokali
Ara: mument ta’ tħassib waqt audition ta’ X Factor Malta

Mument ta’ tħassib waqt audition li saret fl-aħħar ġimgħat u li xxandret il-Ħadd filgħaxija waqt il-programm X Factor Malta fuq TVM.

Viżibbilment eċċitat Nathan Psaila, student ta’ 16-il sena minn Birżebbuġa deher jinstabat mal-art fi tmiem l-interpretazzjoni tiegħu, bil-ġurija dehru għalkollox maħsuda bil-waqgħa taż-żagħużugħ quddiemhom.

Aktar tard, hu deher mill-ġdid quddiem il-ġurati fejn stqarr li ħassu jinqata’ minn saqajh wara li niżlitlu l-pressjoni. Minkejja din l-esperjenza xejn pożittiva, hu ta interpretazzjoni sabiħa tal-kanzunetta Bruises ta’ Lewis Capaldi u rnexxielu jikseb il-fiduċja tal-ġurija biex jgħaddi għall-istadju li jmiss ta’ dan il-programm.