Barranin
ARA: Nar jeqred l-akbar kamp tal-immigranti fil-Greċja

L-akbar kamp tal-immigranti fil-Greċja nħakem minn nar qawwi u madwar 13,000 persuna ġew evakwati. Il-kamp ‘Moria’ fil-gżira ta’ Lesbos hu magħruf li kien iffullat bl-immigranti tant li kien qed jilqa’ erba’ darbiet aktar minn kemm jiflaħ uffiċjalment.

Sa issa m’hemmx rapporti ta’ persuni mejta iżda madwar 25 pumpier u mill-inqas għaxar vetturi tat-tifi tan-nar jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw in-niries. Xhieda fuq il-post qalu li kważi l-kamp kollu kien ħuġġieġa waħda u x’aktarx ma fadalx tined li ma nħarqux.

Rapporti mhux ikkonfermati qalu li l-immigranti li qed jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet kontra l-imxija tal-coronavirus setgħu bdew in-nar. Il-pulizija mblukkaw l-immigranti li kienu sejrin lejn il-port ta’ Mytilene.

Il-ġimgħa li għaddiet il-kamp tqiegħed taħt kwarantina wara li immigrant ittestja pożittiv għal COVID u minn dakinhar feġġew 34 każ ieħor. L-aġenzija tal-aħbarijiet Griega ANA qed tirrapporta li n-nar inbeda wara li madwar 35 persuna rrifjuttaw li jitqiegħdu f’iżolament mal-familji tagħhom.

Id-deputat gvernatur ta’ Lesbos Aris Hatzikomninos qal fuq stazzjon tar-radio li l-kamp inqered għall-kollox. Il-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis qed jagħmel laqgħa ta’ emerġenza dwar dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-komunità ta’ Ħal Balzan ġiet imfaħħra mill-Arċisqof Charles Scicluna li qal hi eżempju ta’ komunità nisranija li laqgħet lill-migranti u li għenithom iħossuhom tassew milqugħin. Fil-jum dinji tal-migranti u r-refuġjati,…

Aktar