Kurżitajiet
Nefqet $20,000 f’libsa speċjali biex tilqa’ lill-President

Mara Ġappuniża għamlet sforz speċjali biex tilqa’ lill-President ta’ Malta George Vella, li fl-aħħar jiem kien qiegħed fuq żjara uffiċjali f’Tokyo.

Makiko Watanane għandha rabta speċjali ma’ Malta, preċiżament m’Għawdex, u għalhekk iż-żjara tal-President Malti f’pajjiżha kienet għaliha okkażjoni tassew speċjali.

Hija għalhekk ma qagħditx lura, u għal din iż-żjara nefqet xejn inqas minn $20,000 biex tkun tista’ xxidd libsa partikolari.

Fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-lejla fuq TVM, kif ukoll fuq tvm.com.mt, naraw x’għandha speċjali din il-libsa, u għalfejn Makiko fetħet idejha għal din l-okkażjoni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 68 sena huwa d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta dan wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor ta’ 56 sena, li miet bl-istess virus. Ir-raġel ta’ 68…

Ambjent

Studju xjentifiku dwar it-tniġġis tal-arja li ġie ppubblikat f’rivisti internazzjonali, jikkalkula l-effetti fit-tul ta’ dan it-tniġġis fuq saħħet il-bniedem. B’mod ġenerali l-istudju juri tnaqqis fl-elementi fini ta’ tniġġis mal-pajjiż iżda…

Immigrazzjoni

Il-pressjoni tal-immigrazzjoni irregolari mil-Libja lejn ix-xtut Ewropej kompliet żdiedet minħabba l-pandemija li qed twassal biex bosta ħaddiema fil-Libja li ma jikkwalifikawx għall-ażil qed jittantaw xortihom jaqsmu l-baħar. Ċifri li għandu…

Aktar