Kronaka
ARA: Neil Zammit huwa l-ġuvni li għeb waqt li kien qed jogħdos

Il-ġuvni li lbieraħ filgħaxija għeb waqt li kien qed jogħdos ‘il barra minn Baħar iċ-Ċagħaq huwa Neil Zammit ta’ 20 sena minn Raħal Ġdid.

Erbat ijiem ilu Zammit kien għadu kemm tella’ filmat fuq il-midja soċjali li fih jidher qed jipprattika d-delizzju tal-ispearfishing.

Minn informazzjoni li għandu TVM jirriżulta li Zammit, flimkien ma’ raġel ieħor, niżlu l-baħar biex jistadu għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħaxija.

Zammit għodos biex jaqbad il-ħut, iżda ma reġax tfaċċa. It-tfittxija għal Zammit mill-Forzi Armati ssokktat illum.

Ara wkoll:

Tkompli t-tfittxija għall-ġuvni li għeb f’Baħar iċ-Ċagħaq ilbieraħ