Barranin
ARA: Neżgħet il-flokk biex issalva ors Koala maqbud fin-nar

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja.

Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq. Fuq ġismu kienu jidhru sinjali ta’ ħruq.

Mingħajr ma ħasbitha darbtejn, il-mara neżgħet il-flokk u ġabret lill-koala fih. Pesuni newlulha fliexken tal-ilma biex tiffriska lill-ors bih, li f’dan il-mument jinstema’ jokrob.

Il-koala ttieħed mill-pumpiera u ġie mgħoddi lill-veterinarji biex jiddewwa.

Sadanittant, Port Macquarie Koala Hospital beda jiġbor id-donazzjonijiet biex jibni iktar stazzjonijiet tal-ilma fil-postijiet milquta min-nirien, bil-għan li l-koala jsibu fejn jixorbu. L-inizjattiva rriżultat f’ġabra ta’ mijiet ta’ eluf ta’ dollari.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Jidher li bosta mhux jirnexxielhom jużaw jew jaċċessaw WhatsApp hekk kif l-App qed tesprejenza xi problemi tekniċi. Il-ħsara ġiet irrapportata fost dawk li jgħixu fl-Ingilterra, l-Ewropa u l-Asja hekk kif…

Barranin

Mijiet ta’ persuni fiċ-Ċina jinsabu ma jifilħux wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ coronavirus. L-esperti qalu li mal-1,700 persuna ġew infettati bil-mikrobu u tnejn minnhom tilfu ħajjithom kawża…

Barranin

Il-Gżejjer Baleariċi ta’ Spanja għaddew liġi li tipprojbixxi l-‘pub crawls’ u l-‘happy hours’ fi tliet destinazzjonijiet popolari, bil-għan li jnaqqsu l-ammont ta’ turisti xurbana. Il-postijiet milquta huma Sant Antoni f’Ibiża,…

Aktar