Kronaka
ARA: “Nhar il-Ħadd għandna l-preċett tat-tifla, il-libsa baqgħet ġewwa”

Janet Walker, li ilha tgħix 20 sena fil-blokka appartamenti fil-Pietà li ġġarfet dalgħodu, spjegat kif xahar ilu kellmet lill-awtoritajiet konċernati wara li l-kuntrattur ippersista bix-xogħol minkejja li kienet qed issirilha ħsara fil-binja.

tvm.com.mt kien l-uniku sit tal-aħbarijiet li fl-10 ta’ Mejju li għadda għamel kuntatt mas-Sinjura Walker u ppubblika l-istorja tagħha, wara li fuq il-midja soċjali tellgħet ritratti tal-ħsarat li kienet ġarrbet fid-dar.

Is-Sinjura Walker tgħix fl-ewwel sular, fuq l-appartament li sfrondalu l-ħajt. B’darha mġarrfa fl-isfond, illum is-Sinjura Walker qalet li meta xahar ilu bdiet tipprotesta, kien hemm min qalilha li qed tesaġera, iżda llum ingħatat raġun.

Fissret kif dalgħodu semgħu ħoss kbir, u meta daħlet fil-kċina sabet diżastru għax il-ħajt iġġarraf minn ġewwa. Qalet li qabdu lil ommhom anzjana u ħarġu ‘l barra mid-dar minnufih.

Hija qalet li din hija l-uniku dar li għandhom, u staqsiet fejn se jorqdu llejla. Qalet ukoll li l-Ħadd li għadda t-tifla t’oħtha suppost se tagħmel il-preċett, iżda l-libsa baqgħet ġewwa.

Ara wkoll:

ARA: “Għidtlek li ċċaqlaqli kull m’hemm u int qed tkompli taħdem”

Tibża’ tgħix ġo darha – qalulha li mhemmx periklu

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar