Barranin
ARA: Nies jippruvaw jaħarbu waqt l-attakk f’Nairobi li ħalla 14 mejta

Minn tal-anqas 14-il persuna nqatlu f’attakk terroristiku mill-grupp al-Shabab f’lukanda fil-belt Nairobi, fil-Kenja.

Filmati minn kameras tas-sigurtà juri l-mumenti li fih il-militanti lbieraħ waranofsinhar bdew l-attakk tagħhom fil-kumpless Riverside, li jinkludi l-lukanda DusitD2 u binjiet bl-uffiċini.

Filmat ieħor li ttieħed minn mobile juri lin-nies imbeżża’ u jippruvaw jaħarbu waqt li jinstemgħu għadd ta’ sparaturi.

F’messaġġ televiżiv, il-President Uhuru Kenyatta qal li 14-il persuna kienu tilfu ħajjithom fl-attakk, iżda 700 oħra kienu ġew evakwati. Żied jgħid li l-militanti kienu nqatlu.

Ir-Red Cross tal-Kenja iżda qed jikkwota l-ammont ta’ nies maqtula bħala 24. Fost il-mejta hemm persuna mill-Istati Uniti u oħra mir-Renju Unit.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Minn tal-anqas 37 persuna sfaw midruba wara terremot qawwi li laqat l-Albanija. It-terremot immarka b’qawwa ta’ 5.6 fuq l-iskala richter u laqat l-aktar il-kosta madwar il-belt ta’ Durrës. Il-Prim Ministru, Edi…

Barranin

Raġel ta’ 65 sena mil-Libanu, qed jinżamm miżmum mill-awtoritajiet Griegi l-għaliex qed jiġi suspettt li kien involut fil-ħtif ta’ ajruplan Amerikan fl-1985. Huwa ġie arrestat f’Mykonos fil-Ġreċja wara li niżel…

Barranin

Zippy miet eroj hekk kif irnexxielu jsalva lil familtu minn ħalq il-mewt. Il-familja Butler jgħixu f’Bradeton, fi Florida meta lejl minnhom, waqt li kienu rieqdin, tħeġġeġ in-nar fir-residenza tagħhom. Minkejja…

Aktar