Barranin
ARA: Membri tal-pubbliku varati fl-ispazju għall-ewwel darba

Membri tal-pubbliku li mhumiex astronawti ġew varati fl-ispazju b’suċċess għall-ewwel darba. Ir-rocket tal-għamla Falcon 9, tal-kumpanija Space X, ġie varat minn Florida lbieraħ.

Il-kru ta’ erbgħa fil-kapsula mlaqqma Resilience huwa magħmul biss minn persuni komuni, u jinkludi lill-biljunarju Jared Isaacman u tliet persuni oħra; Sian Proctor, Hayley Arceneaux, u Chris Sembroski.

L-ewwel booster tar-rocket, li ssepara minn man-naħa ta’ fuq tal-vettura spazjali, niżel lura fuq id-dinja b’mod sigur fuq pjattaforma fl-Atlantiku.

Il-missjoni mistennija ddum tlett ijiem, u qed titqies bħala l-ewwel vjaġġ li se jiftaħ il-bieb fuq l-industrija l-ġdida tat-turiżmu spazjali li qed joħloq is-sid ta’ Space X; Elon Musk.