Kurżitajiet
Ara: “Niftaħru li Malta Nisranija u 40% tal-popolazzjoni biss tisma’ quddiesa l-Ħadd” – Fr Charles Tabone

Dahri kienu joħorġu banketta quddiem l-antiporta, u fi skiet taqtgħu b’sikkina lkoll kienu jgħidu r-rużarju. Illum, mhux talli din it-tradizzjoni ftit li xejn għadha ħajja, talli frott il-ħajja mgħaġġla ta’ bosta minnha, dak li jkun la ċans jitlob m’għandu u wisq anqas li jisma’ quddiesa.

F’dan l-isfond, ilbieraħ, waqt l-aħħar sessjoni t’eżerċizzi spiritwali għal dan ir-Randan, Fr Charles Tabone qal li xi darba l-poplu Malti u Għawdxi kien jiftaħar li dawn il-gżejjer huma Nsara, u li meta niċċelebraw il-festi nagħtu x’nifhmu li aħna xi poplu b’fidi liema bħalha. Madanakollu, Fr Tabone qal li r-realtà hija xort’oħra, hekk kif 40% tal-popolazzjoni biss tisma’ quddiesa nhar ta’ Ħadd.

Fr Tabone żied jgħid li l-ewkaristija hija teżor li mhux qed napprezzawh biżżejjed. Saħaq, li l-quddiesa tal-Ħadd mhux ta’ min jitlifha, u li tajjeb li dak li jkun jitlob b’ċerta konsistenza, bil-għan li nersqu eqreb lejn Ġesù u l-Madonna ħalli jieqfu magħna u jgħinuna, u mhux biex nissodisfaw l-obbligu.

Fr Tabone qal li jittama li l-perjodu straordinarju li ninsabu fih ikun ix-xoqqa f’moxtha biex jgħinna nagħrfu l-importanza ta’ Alla u l-bżonn tal-ewkaristija ġaladarba l-ħajja ta’ kuljum terġa’ tiġi għan-normal.

L-EŻERĊIZZI TAL-ĦAMIS 2 TA’ APRIL:-

Ara: “Għalxejn temmen jekk il-fidi ma tipprattikahiex” – Fr Charles Tabone

L-EŻERĊIZZI TAL-ERBGĦA 1 TA’ APRIL:-

Ara: “Kulħadd għandu piż x’iġorr, kun af li Ġesù lest li jġorru miegħek” – Fr Charles Tabone

L-EŻERĊIZZI TAT-TLIETA 31 TA’ MARZU:-

Ara: “Bħalma Ġesù ma ġġudikax ‘il Żakkew, hekk il-Knisja għandha tilqa’ lil kulħadd” – Fr Charles Tabone

L-EŻERĊIZZI TAT-TNEJN 30 TA’ MARZU:-

Ara: “Ta’ qsim il-qalb l-eluf imċaħħda minn mewta li tixraq lid-dinjità umana kawża tal-Covid-19” – Fr Charles Tabone

ERĠA’ SEGWI L-EŻERĊIZZI TAL-ĠIMGĦA 3 TA’ APRIL HAWN.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Kulħadd f’żaqqu l-ewwel ma jaħseb. Fit-Tieni Gwerra, xejn anqas. Fl-1939, il-gazzetti u l-Gvern Kolonjali taw l-impressjoni li kien hemm biżżejjed ikel maħżun għal bosta xhur f’każ ta’ gwerra. Ir-realtà, iżda,…

Trasport

Ħafifa, twasslek f’radda ta’ salib u ma tniġġisx. Xi trid aktar? Illum il-Jum Dinji tar-Roti. Liema mezz tat-trasport jaqdik f’kemm ili ngħidlek, għalkemm dak li jkun xorta waħda jrid joqgħod…

COVID-19

Fl-isfond tal-miżuri li qed jittieħdu fir-ristoranti mindu l-ħwienet tal-ikel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, fl-aħħar sigħat l-ITS ippubblika filmat bil-għan li l-istudenti tiegħu kif ukoll min bi ħsiebu jaħdem fil-qasam tal-ikel,…

Lokali

Għall-ewwel darba f’125 sena, inqala’ minn postu l-arloġġ li jinsab mat-torri tal-Imtarfa. It-tnejn huma tant biċċa waħda, li l-binja hija magħrufa bħala t-Torri tal-Arloġġ. Fuq il-midja soċjali s-Sindki tal-Imtarfa Daniel…

Aktar