Infrastruttura
ARA: Ninżlu fil-mini Ta’ Bakkja – l-ilma tax-xita jispiċċa hawn wara 50 sena

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan.

L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali li jinsabu fihom huma dawk f’Ta’ Bakkja, ftit ‘il barra minn Ħaż-Żebbuġ, li minnhom il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ttella’ madwar sitta fil-mija tal-ilma tal-pjan kollu, li wara jitħallat mal-ilma tar-reverse osmosis u jitwassal għand il-konsumaturi.

F’garaxx fiż-żona Ta’ Bakkja limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ, hemm bokka li tagħti għall-parti mistura tal-gżejjer Maltin li ħaffruha l-Ingliżi bl-għajnuna tal-Maltin fil-bidu tas-snin ħamsin.

“Jien inħossni li hawnhekk post meraviljuż għax għamlu l-bniedem,” qalilna John Tanti, impjegat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Lebsin ilbies protettiv u f’gaġġa apposta bdejna neżlin mitt metru, qrib il-livell tal-ilma baħar, vjaġġ li ħadilna madwar seba’ minuti.

Kif inżilna, imxejna ftit metri u inżilna sular ieħor, sibna xena mill-isbaħ – mina bi kwart minnha mimlija ilma ċar kristall.

L-inġinier David Sacco li huwa responsabbli mid-distribuzzjoni tal-ilma fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, qalilna li l-mini jagħtu għal sitt direzzjonijiet differenti u kull waħda hija twila madwar kilometru, għajr waħda li hija itwal u tgħaqqad ma’ sistema oħra simili.

Hu stmat li kull qatra xita li tinżel fil-gżejjer Maltin tieħu bejn 40 u 50 sena sakemm tgħaddi mill-ġebla u tasal f’dawn il-mini.

“Ovvjament hu u nieżel se jkun hemm proċess ta’ filtrazzjoni, pero imbagħad eventwalment jasal fil-livell tal-ilma baħar u din hi parti finali li l-ilma peress li huwa iktar ħelu se jiffloatjalek fuq l-ilma baħar u ovvjament isir il-proċess tal-ġbir u l-immaniġġjar tiegħu,” qal l-Inġinier Sacco.

Minn dawn il-mini, l-aħjar ilma tal-pjan jittieħed b’mod sostenibbli lejn il-ġibjuni f’Ta’ Qali biex jitħallat mal-ilma li l-Korporazzjoni tipproduċi fl-impjanti tar-reverse osmosis.

Bħal dawn il-pumping stations, Malta għandha ħdax u jipprovdu 40 fil-mija tal-provvista tal-ilma, bis-60 fil-mija l-oħra jiġu mir-reverse osmosis.

Dawn il-mini u l-mod naturali kif qed jipproduċu l-ilma li nikkunsmaw huma wirt imprezzabbli li ħallewlna missirijietna, l-uniku mod kif nistgħu napprezzaw is-sagrifiċċji kbar li għamlu u għadhom qed jagħmlu l-ħaddiema tal-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma huwa billi nibżgħu għal kull qatra ilma li nużaw.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Lokali

Ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett ta’ tour virtwali fil-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-proġett, mgħejjun mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, inħoloq matul il-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li l-katidral xorta waħda jiftaħ il-bibieb…

Aktar