COVID-19
Ara: Omm Maltija bil-Coronavirus tispjega minn xiex għadda binha

Aktar ma jmur, aktar il-każi ta’ Covid-19 fostna qed jiżdiedu. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, għadha kemm ħabbret 17-il każ ieħor ta’ Coronavirus, biex b’hekk, sa issa, il-każi ta’ Covid-19 fil-gżejjer Maltin telgħu għal 107.

Fost l-għadd ta’ persuni li rriżultaw pożittiv għall-virus, omm Maltija li f’dawn l-aħħar jiem ħarġulha s-sintomi. Magħha, żviluppaw is-sintomi għadd ta’ familjari tagħha, fosthom binha, li huwa ażmatiku.

Waqt ‘TVAM’, il-mara, bl-isem fittizju ta’ Maria, stqarret li l-ewwel ma rriżultat pożittiv kienet iz-zija tat-tifel tagħha. Imbagħad, ġaladarba kien hemm kuntatt, fi żmien ftit jiem, żviluppa s-sintomi binha wkoll.

L-omm spjegat li binha telagħlu ħafna deni f’salt. Madanakollu, l-omm stqarret li t-tifel ittieħed l-emerġenza tat-tfal minnufih, u li bħalissa jinsab f’qagħda tajba. Qalet, li binha għamel jumejn ma jiflaħx ġmielu, iżda b’xorti tajba ma damx wisq ma ġie f’siktu.

Fl-isfond ta’ dak li għaddejja minnu din il-familja, l-omm appellat biex il-ġenituri joqogħdu b’seba’ għajnejn u biex ma joħorġux għal xejn b’xejn mid-djar tagħhom, hekk kif il-virus jittieħed daqs tazz’ilma.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

It-68 immigrant salvati lbieraħ mill-vapur tal-għaqda Sea-Eye f’żona ta’ tfittix u salvataġġ Libjana mhux se jitħallew jiżbarkaw Malta. Kelliem għall-Gvern qal lil TVM r-responsabbiltà għal dawn l-immigranti għandha tinġarr mill-pajjiż…

COVID-19

F’dan iż-żmien fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni riżultat tal-pandemija Covid-19, il-Maltin mhux biss qed juru solidarjetà ma’ xulxin iżda saħansitra ma’ persuni li ma jafux li jinsabu mal-ħamest elef kilometru…

Barranin

Għalkemm l-Italja tibqa’ bl-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID19, in-numru ta’ nies mejta baqa’ nieżel ‘l isfel iżda fi Spanja, il-mewt reġgħet qajmet rasha. U fiċ-Ċina għall-ewwel darba minn meta faqqgħet…

COVID-19

Jekk ma ħasditx l-awtoritajiet tas-saħħa, l-aħħar ċifra ta’ 52 persuna infettati bil-virus, żiedet l-ansjeta fost ħafna fil-popolazzjoni. TVM staqsa l-istatistiku Dr Vincent Marmara jekk dan in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda jbiddilx…

Aktar