Barranin
ARA: Omm tħalli lil binha f’ajruport b’nota ħdejh

L-Awtoritajiet Amerikani ppubblikaw ritratt u filmat ta’ omm supettata li ħalliet warajha tarbija tat-twelid fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Tucson ix-xahar li għadda, fl-14 ta’ Jannar.

L-Awtoritajiet tal-Ajruport qalu li l-investigaturi qed jipprovaw jidentifikaw lill-mara li tista’ tkun omm it-tabija.

Il-mara dehret fuq il-filmati tas-sigurtà ġġorr xi ħaġa f’kutra u taġixxi ftit stramb. Hija suspettata li welldet it-tarbija fit-toilets tal-ajruport.
Ħaddiem fl-Ajruport sab it-tarbija abbandunata fit-toilet viċin minn fejn jinkrew il-karozzi.

Flimkien mat-tarbija kienet instabet nota: “Jekk jogħġbok għinni. Ommi ma kinitx taf li kienet tqila. Hi ma tistax tieħu ħsiebi. Jekk jogħġbok, għaddini għand l-awtoritajiet, biex isibuli dar tajba.”

L-Uffiċjali sabu wkoll xi ħwejjeġ bid-demm f’wieħed mit-toilets, li x’aktarx huma tal-mara.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ħareġ filmat ġdid tas-CCTV camera waqt li ġġarraf il-pont f’Genova, li fih tilfu ħajjithom aktar minn 40 persuna. Jumejn ilu sar funeral statali għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi…

Unjoni Ewropea

Il-Greċja uffiċjalment temmet tliet snin ta’ għajnuna finanzjarja biex toħroġ mill-kriżi tad-dejn li daħlet fiha u tibqa’ fiż-żona Ewro. Fl-aħħar snin il-Greċja ngħatat €289 biljun mill-Unjoni Ewropea u l-Istituzzjoni Finanzjarji…

Barranin

Il-Papa Frangisku qal li ħadd u xejn mhu ser iżomm lis-Santa Sede milli tieħu l-miżuri kollha possibbli bit-tama li tilħaq l-għan aħħari tagħha dak li tippreveni l-abbuż sesswali minn membri…

Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Aktar