Barranin
ARA: Omm tmut wara li salvat lit-tarbija mill-għargħar billi waddbitha fil-għoli

Omm fiċ-Ċina tilfet ħajjitha fl-għargħar li ħakem partijiet mill-pajjiż, iżda mhux qabel ma waddbet lil bintha tarbija fil-għoli biex issalva.

It-tarbija, li għandha madwar erba’ xhur, inħarġet minn taħt it-tifrik tal-bini qawwija u sħiħa minn membri tas-salvataġġ. Dan il-mument emozzjonanti nqabad fuq filmat li qed idur id-dinja.

Kien irrapportat li l-omm instabet mejta b’dirgħajha ‘l fuq, li jindika li għolliet lil bintha eżatt fil-mument opportun biex salvatilha ħajjitha.

Fil-provinċja ta’ Henan, fejn seħħ dan il-każ, 33 persuna huma kkonfermati mejta fl-għargħar, waqt mal-200,000 oħra kellhom joħorġu minn djarhom.