Teknoloġija
Ara:- ‘Online dating’: ta’ ġid jew ta’ ħsara?

Għoxrin fil-mija tal-koppji jiltaqgħu onlajn.

In-namur diġitali hawn min jgħidlek li jsarraf f’ġid, oħrajn f’dannu. Mitt bniedem, mitt fehma.

Il-counsellor li jispeċjalizza fis-sess u r-relazzjonijiet, Matthew Bartolo, waqt il-‘breakfast show’ ‘TVAM’ qal li meta tqis li ħafna minna saru ma joqogħdux mingħajr it-teknoloġija, ma jissorprendihx il-fatt li n-nies jiltaqgħu onlajn ukoll.

Is-Sur Bartolo jemmen li l-‘online dating’ huwa xi ħaġa pożittiva, u li huwa sempliċiment mod ieħor ta’ kif tiltaqa’ ma’ nies oħra, speċjalment fil-ħajja mgħaġġla tal-lum fejn hawn min li bilkemm għandu ċans joħroġ.

Mistoqsi jekk l-‘online dating’ huwiex perikoluż, is-Sur Bartolo sostna li ġaladarba qed tafda persuna bl-emozzjonijiet tiegħek, onlajn jew le, dejjem jista’ jkun hemm lok għal kwalunkwe tip ta’ abbuż.

Huwa żied jgħid li jekk inti tuża xi ‘dating app’ xorta waħda trid toqgħod b’seba’ għajnejn biex tintebaħ dak li jkun x’intenzjonijiet għandu, speċjalment mil-mod ta’ kif ikellmek.

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Agrikultura

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur,…

Aktar