Mużika
Ara: Oriġinali jew oxxen? Tela’ jkanta liebes ta’ San Franġisk

F’dawn il-jiem, tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, l-Italja, għaddej il-festival ta’ Sanremo.

Liema festival, fost l-oħrajn, magħruf għall-ispettaklu li joħloq lil hinn mill-kanzunetti, għall-bukketti tal-fjuri l-ġmiel tagħhom li jingħataw matul is-serati, kif ukoll għall-għadd ta’ nies popolari li jkunu preżenti. Kollox, iżda, jittella’ b’ċerta eleganza u raffinatezza. Liema valuri, intirtu minn ġenerazzjoni għal oħra, u li sal-lum, għadhom fost il-karatteristiċi ewlenin tal-festival popolarissimu.

Madanakollu, minn mindu l-Italja reġgħet bdiet tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest, l-istil tal-kanzunetti ta’ Sanremo, ma baqax li kien għal għalkollox. U, daqstant ieħor, fost il-kontestanti kultant sirt tinzerta xi tip ta’ lbies mhux tas-soltu, u li jispikka.

Din is-sena, b’mod speċjali, il-kantant Achille Lauro rnexxielu jiġbed l-attenzjoni kollha fuqu għall-mod ta’ kif ippreżenta ruħu fuq il-palk tat-Teatru Ariston fl-ewwel serata tal-festival.

Achille Lauro tela’ fuq il-palk b’mantell iswed tuta, u hu u jkanta neżgħu, u baqa’ kważi b’xejn.

https://www.instagram.com/p/B8KP0YgDMB0/

Fuq Instagram, il-kantant spjega li dan il-ġest għamlu bil-għan li jfakkar affresk partikolari ta’ San Franġisk, impitter minn Giotto, u li jinsab f’basilika f’Assisi.

Uħud, qiesu l-ilbies ta’ Achille Lauro bħala oriġinali, oħrajn tal-fehma li lbies ta’ dan it-tip mhux postu f’festival tal-kalibru ta’ dak ta’ Sanremo. Mitt bniedem, mitt fehma.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Aktar