Solidarjetà
ARA: Orkestra Maltija twaħħdet f’melodija b’filmati miġbuda waqt li kantaw l-Innu Malti

Fi żmien li fih mużiċisti ma jiltaqgħux għall-kunċerti ta’ taħriġ, orkestra Maltija twaħdet f’melodija waħda permezz ta’ filmati individwali miġbuda bil-mobile waqt li kantaw l-Innu Malti.

Xogħol is-surmast hu li jidderiġi l-orkestra. Madanakollu, b’kulħadd fil-kenn ta’ daru, is-Surmast tas-St Paul Metropolitan Orchestra Mark Agius idderiġa 44 mużiċist minn fuq il-mobile.

Is-Surmast ta’ St Paul Metropolitan Orchestra, Mark Agius qal ”kulħadd ħa video tal-partitura tagħhom tal-innu Malti. Ma kellhom direzzjoni ta’ xejn ħlief li bgħatt video tiegħi innifsi in blind, bla mużika. Huma kellhom jimxu mad-direzzjoni tiegħi u kulħadd ġibed il-video fuq il-mobile d-dar.”

45 filmat miġbud bil-mobile ta’ mużiċisti jdoqqu strumenti jew ikantaw individwalment, ingħaqdu flimkien u ffurmaw l-innu Malti. Kostretti ma jiltaqgħux għall-kunċerti ta’ taħriġ, 32 mużiċist u 12-il solist minn madwar 100 persuna li jiffurmaw l-Orchestra, nedew inizjattiva anke b’turija ta’ apprezzament għall-ħaddiema kollha li qed jagħtu sehemhom kontra l-imxija tal-coronavirus.

Is-Surmast Agius qal li l-orkestra din is-sena kellha skedati ħdax-il kunċert. Disgħa minnhom tħassru – ewlieni fosthom il-Kunċert għall-paċi li kien se jfakkar il-75 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinija .

Ironikament, l-aħħar kunċert sar fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar Jum ta’ Frar.

Is-Surmast Agius qal li minkejja li tħassru ħafna mill-kunċerti, il-mużiċisti baqgħu jipprattikaw mid-dar. Madanakollu, stqarr li dan hu diffiċli biex isir minn orkestra, li trid titwaħħad f’silta waħda kemm fit-tonalità kif ukoll fil-moviment tal-idejn tal-vjolinisti fost oħrajn.

”Strumenti tal-korda, jistgħu jkunu qed idoqqu individwalment, u qed indoqqu l-istess ħaga imma ma jkollniex l-isess bowing, it-tlugħ u l-inżul tal-arki ma jkunx pariġġ. Dak ma jidhirx viżwalment sabiħ.”

Is-surmast Aguis qal li din kienet sfida meta fil-produzzjoni tal-innu Malti li ħa lill-voluntiera diversi sigħat biex setgħu jagħqduh.

Ara l-innu Malti kollu hawn:

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab midrub gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding ta’ madwar żewġ sulari. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat. Il-Pulizija…

Immigrazzjoni

L-ekwipaġġ tal-bastiment Europa II jinsab għall-kenn wara t-tanker CURACAO ‘l barra mill-ponta tal-Jerma f’Wied il-Għajn wara li l-ekwipaġġ Malti kellu jabbanduna l-pożizzjoni tiegħu mat-13-il mil ‘il barra minn Malta, minħabba…

Lokali

L-Għadqa Repubblika permezz tal-avukati tagħha talbet lill-Avukat Ġenerali biex jibgħat lura r-rapport tal-inkjesta tal-Maġistrat Joe Mifsud dwar id-denunzji tagħha biex jkunu investigati il-Prim Ministru, il-Kmandant tal-Armata u l-ekwipaġġ tal-patrol boat…

Aktar