Barranin
Ara: Palermo mgħerrqa – ħidma sfieqa mill-pumpiera

Skwadri tas-salvataġġ f’Palermo ilhom minn sbieħ il-jum joħduha kontra l-qilla tax-xita biex jgħinu lil min sab ruħu f’diffikultà minħabba l-maltemp li laqat lill-kapitali Sqallija fl-aħħar sigħat.

Wara li f’dawn l-aħħar jiem il-Punent tal-Ewropa ntlaqat sew minn għargħar estrem, il-maltemp donnu niżel lejn in-naħa t’isfel tal-kontinent, b’Palermo spiċċat milquta minn xita qawwija. Riżultat ta’ dan, bosta ġew bżonn l-għajnuna tal-pumpiera peress li spiċċaw maqbuda fil-karozzi tagħhom għall-għarrieda.

Kif jixhdu immaġni oħra mittieħda f’Palermo, sa garaxxijiet u residenzi spiċċaw mgħerrqa.