Lokali
ARA: Pass pass kif issir il-ftira tal-ġbejniet fin-Nadur

Għawdex hu magħruf għall-ħobż bnin li jinħema fil-fran li jinsabu f’bosta irħula. It-togħma tal-ħobż tiddependi mill-għamla tal-qiegħa u biex jissaħħan il-forn/

tvm.com.mt iltaqa’ ma’ furnar żagħżugħ li spjega r-riċetta u l-proċess tal-ftira tal-ġbejniet li hi partikolari għar-raħal tan-Nadur.

F’dan il-forn li l-qiegħa tiegħu tissaħħan bil-ħatab, kuljum jinħmew għexerien ta’ ftajjar tipiċi Għawdxin, pizza, qassatat, torti u ħobż.

F’Għawdex għad hemm ħafna karatteristiċi partikolari fosthom il-fran antiki fl-irħula, ninsabu n-Nadur u hawn dħalna f’forn li għandu 120 sena mmexxi minn żagħżugħ ta’ 26 sena.

“Sfortunatament iż-żgħażagħ tal-lum xogħol tal-idejn ma jridux jagħmlu kulħadd irid xogħol tal-iskola xogħol tal-computers, dawn l-affarijiet qed jinqatgħu, jien ma nixtieqx li dawn l-affarijiet jinqatgħu allura bqajt nagħmel dan ix-xogħol tal-idejn li llum il-ġurnata wassalni fejn wassalni,” qal il-furnar Matthew Buttigieg.

Kif intasabna ħdejn Matthew Buttigieg qalilna li qed isegwi l-passjoni għal din is-sengħa b’ħafna sagrifiċċji fosthom ħinijiet twal fuq saqajh mit-Tnejn sal-Ħadd, ftit irqad u ħafna sħana fost l-oħrajn. Kellimna wkoll fuq il-futur taż-żgħażagħ Għawdxin f’Għawdex u kif jixtieq jara lill-Għawdex fil-ġejjieni.

“Ħafna żgħażagħ qed imorru Malta kemm minħabba xogħol, kemm minħabba divertiment, kemm l-istil ta’ ħajja forsi, pero lili Għawdex jogħġobni ħafna, il-ħajja f’Għawdex hija aktar kalma minn Malta anqas stress anqas storbju u nixtieqha tibqa’ hekk ma nixtieqx issir bħal Malta,” spjega Matthew.

U kif konna fil-forn, il-furnar żagħżugħ spjegalna li l-ftira ferm mfittxija tal-ġbejniet jkun fiha bejn sitta u tmien ġbejniet, bajda jew tnejn, ftit patata u ovvjament l-għaġina. “Intri trid tiġbed l-għaġina u trikkeb dejjem waħda fuq oħra.”

Matthew jittama li aktar żgħażagħ jsegwu l-passi tiegħu u jżommu ħajjin snajja u tradizzjonijiet Maltin li jgħaġnu l-identità u l-kultura tagħna.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar l-inkjesta ta’ Egrant, il-Partit tal-Alternattiva Demokratika qal li l-korruzzjoni mhux faċli li tippruvaha. Il-Kelliem tal-AD, Carmel Cacopardo qal li l-Alternattiva Demokratika dejjem qagħdet lura meta bdew ħerġin…

Politika Lokali

F’konferenza stampa dwar il-każ Egrant, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li talab lil Dr Simon Busuttil iġorr responsabbiltà politika u jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Qal li fid-dawl tal-prinċipji tal-Partit…

Politika Lokali

Id-deputat u l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li s-sejħa tal-Prim Ministru biex huwa jirriżenja wara l-eżitu tal-inkjesta fuq Egrant hija redikola. L-inkjesta sabet li l-Egrant ma kinitx tal-Prim…

Immigrazzjoni

Jaslu u jinżlu l-art id-19-il immigrant li ġew salvati fl-ibħra Maltin matul il-lejl li għadda. Il-Forzi Armati kienu bieżla dal-lejl b’operazzjoni ta’ salvataġġ wara li dgħajsa li kienu fuqha 19-il…

Aktar