Knisja Maltija
Ara pass pass kif se tibda ssir il-quddies tal-funeral

Il-Knisja ppubblikat id-direttivi li jridu jiġu segwiti waqt il-quddiesa tal-funeral, li tista’ terġa’ tibda ssir mil-lum.

Fi stqarrija l-Knisja qalet li qed tagħmel għadd ta’ direttivi bil-għan li tħares is-saħħa ta’ kulħadd, u dan wara laqgħa li saret nhar it-Tnejn bejn l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex u l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Il-quddies tista’ ssir biss fi knejjes kbar, inkella fuq iz-zuntier jew iċ-ċimiterju

Fost id-direttivi ewlenin, intqal li l-Quddiesa tal-funeral ser tkun tista’ ssir fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes kbar biss b’numru limitat ta’ nies.

Il-knejjes fejn jista’ jsir funeral huma dawk akbar minn 500 metru kwadru, filwaqt li n-numru ta’ persuni li jistgħu jidħlu fil-knisja huwa ta’ 20 ruħ.

Intqal li fiċ-ċirkustanzi attwali għandha tingħata preferenza liċ-ċelebrazzjonijiet fil-miftuħ.

Qabel tidħol fil-knisja se tiġi ċċekkjat għad-deni

Il-post fejn ser issir il-Quddiesa tal-funeral irid jitħejja b’sinjali apposta li jindikaw l-ispazji ‘l bogħod minn xulxin fejn in-nies jistgħu joqogħdu waqt iċ-ċelebrazzjoni liturġika.

Mal-wasla, persuna liebsa maskra jew vizor ser tieħu t-temperatura bl-użu ta’ termometri li ma jeħtiġux kuntatt mal-persuna, u wara tindikalhom l-użu tal-hand sanitizer li ser ikun disponibbli. Intqal li persuni bid-deni jew li ma jikkoperawx mhux ser
jitħallew jidħlu għall-Quddiesa.

Waqt it-tqarbin il-qassis irid jilbes maskra jew visor

Waqt il-Quddiesa fl-ebda ħin m’għandu jkun hemm kuntatt fiżiku ma’ persuni oħra, lanqas fl-għoti tal-paċi. Għat-Tqarbin, il-persuni jintalbu jibqgħu f’posthom u jkun is-saċerdot li jmur iqarben fl-idejn lil dawk preżenti b’maskra jew vizor u wara li jkun
ħasel idejħ bis-sanitizer.

L-istqarrija ta’ fidi fejn is-saċerdot jgħid “Il-Ġisem ta’ Kristu” u l-persuna li qed titqarben twieġeb “Ammen” tingħad darba biss minn fuq l-artal.

Fi tmiem il-Quddiesa, dawk preżenti għall-funeral iridu joħorġu b’mod ordnat u b’ħarsien tal-miżuri ta’ distanza soċjali. Wara l-Quddiesa ssir id-diżinfestazzjoni tal-bankijiet jew tas-siġġijiet.

Il-miżuri dettaljati ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-coronavirus ġew ikkomunikati lill-kappillani u jistgħu jinqraw hawn.

Ara wkoll:

Minn nhar il-Ġimgħa tista’ ssir il-quddiesa fil-funerali preferibbilment f’ambjent miftuħ

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar