Barranin
ARA: Passiġġieri abbord ajruplan tal-United Airlines jgħodduha b’waħda wara li splodiet il-magna

Il-passiġġieri abbord il-United Airlines 328 jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif waħda mill-magni splodiet waqt it-titjira. B’xorti tajba, il-bdoti rnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni tal-inċident li seta’ jkun wieħed fatali.

Ftit wara t-tluq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Denver, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ abbord it-titjira 328 semgħu splużjoni u lemħu waħda mill-magni ssir ballun nar.

Abbord it-titjira kien kemm 241 passiġġier li kienu fi triqithom lejn Honolulu meta spiċċaw jitolbu u jittamaw li jsalvaw mill-ħsarat li ġarrab l-ajruplan.

Intant, ir-residenti ta’ Denver kellhom isibu l-kenn hekk kif biċċiet tal-ajruplan bdew jaqgħu mis-sema.

B’xorti tajba, ħadd ma weġġa’ kawża tal-ħsarat tal-ajruplan li huwa tat-tip Boeing 777-200.

https://twitter.com/i/status/1363241125495136267