Festi
ARA: “Jiġu minn Malta kollha mhux minn Ħaż-Żabbar biss”

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf.

Hekk intlaqgħet il-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar fi tmiem il-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi li ħadu sehem fih mijiet ta’ ċiklisti u sewwieqa tal-muturi.

Ilkoll sellmu lill-Madonna tal-Grazzja li hija l-qaddisa patruna taċ-ċiklisti bit-tradizzjoni storika li bdiet fl-1951.

L-arċipriet il-Kanonku Evan Caruana qal li l-pellegrinaġġ huwa popolari mhux biss maż-Żabbarin iżda mad-devoti kollha tal-Madonna tal-Grazzja.

”Jiġu minn Malta kollha mhux minn Ħaż-Żabbar biss jiġifieri u jagħmluha anki bħala sens ta’ sagrifiċċju hemm min jagħmilha b’sens ta’ wiegħda jew ikunu qalgħu xi grazzja partikolari minħabba xi toqol u xi mard jew kriżijiet u tradizzjoni u mezz kif iqimu lil ommna Marija.”

Minn scooters għal Lambretti u muturi lussużi waslu fil-pjazza ta’ Ħaż-Żabbar tliet sigħat wara t-tluq tagħhom mill-Mosta. Ir-roti waslu madwar nofs siegħa wara mir-Rabat u mal-wasla tagħhom sar it-talb u t-tberik taċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi.

It-tradizzjoni din is-sena kellha wkoll laqta internazzjonali bis-sindku mill-belt ta’ Ġela fi Sqallija jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet f’Ħaż Żabbar. Is-sindku qal li l-belt pittoreska ta’ Ġela għandha ftehim ta’ ġemellaġġ ma’ Ħaż Żabbar u wkoll tiċċelebra l-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

”Sono momenti di crescita sociale e kulturale tra i paesi e ci auguriamo  possono essere intensificate.”

Il-festa tal-Madonna tal-Grazzja tniżżel is-siparju fuq l-istaġun tal-festi.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar