Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel ferut f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-limiti taż-Żejtun

Raġel ta’ 28 sena minn Birkirkara weġġa’ f’inċident f’Bir id-Deheb, fil-limiti taż-Żejtun, għall-ħabta tas-2.15pm.

Il-ħabta seħħet bejn karozza tal-għamla Honda Civic, misjuqa mir-raġel ta’ 28 sena, u karozza Toyota Corolla misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel tagħrif li kisbet il-pulizija jirriżulta li l-Honda kienet qed tinstaq mid-direzzjoni ta’ Birżebbuġa, waqt li t-Toyota ħarġet minn triq fil-ġenb. Iż-żewġ karozzi ġarrbu ħsarat estensivi fuq in-naħa ta’ quddiem, bil-Honda saħansitra tipiċċa maħbuta ma’ faċċata ta’ binja.

Fuq il-post marru l-Pulizija, u ssejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u żewġ ambulanzi minn Mater Dei.

Is-sewwieq tal-Honda ttieħed l-isptar Mater Dei, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ġrieħi gravi.